L-ewwel pass għar-reġistrazzjoni ta' REKT iseħħ fil-livell nazzjonali jew reġjonali, mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali rilevanti.
Għall-kuntatti fil-ministeri rilevanti f'kull Stat Membru jew reġjun (il-ministeri reġjonali huma responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' REKT fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Belġju biss), jekk jogħġbok ikkonsulta din it-taqsima tas-sit web tagħna.
Sabiex ngħinuk fit-tħejjija u r-reġistrazzjoni ta' REKT, ħejjejna gwida dwar kif tirreġistra REKT fl-Istati Membri kollha tal-UE, li huwa disponibbli hawnhekk (bl-Ingliż biss).
Skont l-għadd tal-membri fundaturi, u l-Istati Membri involuti, il-proċess ta' reġistrazzjoni ta' REKT fl-Istati Membri jista' jdum minn xahar sa 18-il xahar.
Sabiex ngħinuk fl-ewwel pass tista' tuża l-mudelli li ġejjin għad-dokumenti fundaturi:
It-tieni pass, wara r-reġistrazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, huwa r-reġistrazzjoni fil-livell tal-UE. Ir-Regolament dwar ir-REKT jirrikjedi li dawk ir-REKT li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti jirreġistraw mar-Reġistru tar-REKT tal-UE tal-KtR. Ir-REKT li qed jimmodifikaw is-sħubija tagħhom għandhom jiddikjaraw ukoll din il-bidla lill-KtR. Il-KtR wara jippubblika dawn ir-reġistrazzjonijiet u l-modifiki f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). Dan il-proċess idum minn ġimgħa sa ġimagħtejn.
Reġistrazzjonijiet
fil-livell tal-UE (mal-KtR)
Kif għandek tirreġistra r-REKT tiegħek għall-ewwel darba
- Imla u ffirma l-formola tar-reġistrazzjoni ta' hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
- Rappreżentant legali tar-REKT għandu jibgħat il-formola lil
egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
- il-konvenzjonijiet u l-istatuti fil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
- verżjoni Word tal-formola tar-reġistrazzjoni (din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE).
Kif tirreġistra modifiki tar-REKT tiegħek
- Imla, iffirma u skennja l-formola tar-reġistrazzjoni ta' hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
- Rappreżentant legali tar-REKT għandu jibgħat il-formola lil
egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
- il-konvenzjonijiet u l-istatuti fil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
- verżjoni Word tal-formola tal-modifika (din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE).
X'jiġri wara li nirċievu t-talba tiegħek għal reġistrazzjoni jew għal modifika?
- Il-KtR se janalizza d-dokumenti riċevuti u jikkuntattjak biex jikkonferma l-wasla tad-dokumenti tiegħek jew biex jitlob kwalunkwe dokument li jkun nieqes;
- Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, il-KtR se jirreġistra r-REKT tiegħek mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
- Il-KtR se jgħidlek meta r-reġistrazzjoni jew il-modifika jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
- Il-proċess sħiħ għandu jieħu xahar.